Barranin
150 tfal irrappurtati nieqsa jinstabu f’operazzjoni kbira f’Tennessee

Mal-150 tifel u tifla li kienu rrappurtati nieqsa fl-istat ta’ Tennessee, fl-Istati Uniti, instabu f’operazzjoni konġunta bejn il-forzi tal-ordni u s-servizzi soċjali.

L-operazzjoni mlaqqma Volunteer Strong saret fuq perjodu ta’ xahrejn, bit-tfal irkuprati li l-età tagħhom tvarja bejn 3 snin u 17-il sena. Uħud minnhom kienu telqu mid-dar, qed jgħixu ma’ membri oħra tal-familja, jew kienu vittmi ta’ ħtif, traffikar, jew abbuż.

L-ammont ta’ tfal misjuba kien fost l-ikbar f’operazzjonijiet ta’ din ix-xorta li qatt seħħew fuq stat sħiħ. It-tfittxija se tkompli għal 90 tfal oħra li għadhom irrappurtati nieqsa.