
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 154 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,282 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 148 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 17,827 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 20,563 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,435 każ attiv.
B’kollox sal-bieraħ ingħataw 59,702 ,tilqima, li 19,199 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed jintlaħqu 2,000 tilqima kuljum, ammont deskritt bħala wieħed tajjeb ħafna.
Fir-rigward ta’ persuni bil-Covid-19 rikoverati fl-isptar, Prof Gauci qalet li hemm 16 fl-ITU, 10 fl-IDU, u 54 fi swali oħra ta’ Mater Dei, 10 fl-isptar Boffa, 13 f’St Thomas Hospital, 5 fl-isptar Karin Grech, 23 fil-Good Samaritan, 11 f’Monte Carmeli, u 7 fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Intant matul l-aħħar 24 siegħa ma mietet ebda persuna bil-Covid-19.
Dwar il-medja ta’ każi, Prof Gauci qalet li dan huwa ta’ 152 każ, waqt li l-medja ta’ persuni infettati bil-virus qed tkun ta’ bejn 25 u 44 sena. L-età medja ta’ matul l-aħħar ġimgħa kienet ta’ 39 sena.
Ara wkoll:
L-Għawdxin se jirċievu ittra biex jingħataw it-tilqima f’Għawdex stess