Ikel
16-il esebitur fl-industrija tal-ikel u x-xorb jipparteċipaw fil-Malta Catering Expo 2020

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità.

Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca waqt l-expo tal-catering f’Ta’ Qali, il-Ministru Farrugia Portelli saħqet dwar l-importanza li l-industrija tirrifletti d-domanda għall-firxa ta’ fatturi bħall-kultura, storja, turiżmu u l-karatteristiċi uniċi tal-Maltin.

Il-ministru Farrugia Portelli qalet li l-iżjed destinazzjonijiet li saru mfittxija fl-aħħar snin huma dawk li ma jibżgħux jesperimentaw fil-prodott turistiku tagħhom. Dwar l-ikel u x-xorb, il-ministru tat-turiżmu qalet li dawn jiffurmaw parti integrali min dak li ifittex it-turist.

Iżjed qabel il-ministru ltaqgħet ma’ wħud mill-esebituri waqt l-expo tal-ikel u x-xorb f’Ta Qali fejn l-attrazzjoni ewlenija hija l-kompetizzjonijiet bejn iżjed minn 200 chef li minnhom se jingħażlu ċ-chef tas-sena u ċ-chefs li jispikkaw l-iżjed f’kategoriji speċjalizzati. Fosthom għall-aħjar tisjir bl-użu ta’ ingredjenti bhal ġobon Malti, laħam, ħut, ħaxix u dixxijiet għall-palat u dieti varjati.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni taċ-Chefs Maltin, Dr. Lino Schembri qal li hemm diversi kriterji li jiddeterminaw l-għażla tar-rebbieħa. Hemm ukoll kategoriji innovattivi.

“Innovattivi għax se nagħmlu wkoll street food li hija t-trend il-ġdida ta’ ħafna nies li jieklu ikel magħmul fuq it-toroq mill-caravans fejn qed naraw din l-industrija li qed tikber… għandna wkoll displays li se narawhom għada, matul l-erbat ijiem… il-ħin kollu għaddeja xi ħaġa ġdida.”

L-expo tal-catering tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħamis.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti preżentat proposti għar-riforma tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u kitbet lill-President ta’ Malta biex jikkunsidra emendi fil-liġi dwar l-att tar-referenda. L-FKNK qed titlob biex ikun hemm ċertu salvagwardji…

Qasam soċjali

Fuq Facebook, Janet Walker, mara li flimkien ma’ 5 familji oħra twaqqatilha d-dar tagħha f’inċident tal-kostruzzjoni fil-Pietà, irringrazzjat lill-Prim Ministru Robert Abela talli fi kliemha, dan apparti li sema’ l-karba…

Kronaka

Raġel ta’ 28 sena mis-Somalja, daħal l-għassa ta’ San Ġiljan bi ġrieħi f’għonqu, wara li għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fi Triq San…

Aktar