16-il sena ħabs u multa ta’ €40,000 għal żewġt irġiel li impurtaw il-kannabis

Żewġ irġiel li ammettew li impurtaw 18-il kilo reżina tal-kannabis abbord dgħajsa tas-sajd is-sajf li għadda, intbagħtu 16-il sena ħabs kull wieħed u ġew immultati €40,000.

Kieth Barbara ta’ 30 sena mill-Birgu u Silvio Apap ta’ 37 sena mix-Xgħajra, ammettew li impurtaw ir-reżina fuq id-dgħajsa ta’ Barbara f’Ġunju li għadda.

Il-Pulizija kienet sabet id-droga moħbija f’kaxxa tas-silġ waqt tfittxija li saret abbord id-dgħajsa li kienet daħlet Marsaxlokk. Iż-żewġ akkużati ammettew ukoll li kkonfoffaw biex jinnegozjaw id-droga.

Ara wkoll: http://www.tvm.com.mt/news/arrestati-zewgt-irgiel-fuq-qabda-ta-18-il-kilo-droga-fuq-skuna/

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar