Lokali
16-il voluntier se jisfidaw l-elementi kollha u jitilgħu sal-quċċata tal-Muntanja Kilimanjaro

Lejn l-aħħar ta’ din is-sena, sittax-il voluntier se jisfidaw l-elementi kollha u jitilgħu sal-quċċata tal-Muntanja Kilimanjaro fit-Tanzanija. Dan b’għan nobbli biex jinġabru fondi għal proġetti soċjali u edukattivi fl-Etjopja.

It-tim ta’ żgħażagħ li din is-sena se jipparteċipaw fit-tlettax-il edizzjoni tal-Kilimanjaro Challenge ilu jitħarreġ minn Marzu u mistenni jtir lejn l-Afrika fl-aħħar tas-sena. Hemmhekk se jqattgħu l-ewwel tmint ijiem f’espedizzjoni fuq il-muntanja Kilimangaro u wara jmorru l-Etjopja sabiex jinawguraw skola primarja f’Bonga.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Austin Cachia wieħed mill-organizzatur tal-Kilimanjaro Challenge qal li din l-iskola ta’ żewġ sulari fiha 12-il klassi. Qal li fir-rahal ta’ Bonga ma kien hemm ebda skola primarja.

Austin Cachia qal “aħna dejjem nemmnu li l-edukazzjoni huwa s-sigriet li tneħħi n-nies mill-faqar. L-edukazzjoni hija l-qasba biex it-tfal u n-nies tal-madwar joħorġu mill-faqar u jkollhom l-iklla ta’ kuljum …. Aħna se nibnu din l-iskola għat-tfal ta’ bejn is-7 u 12-il sena. Se jkun hemm madwar 450 tifel u tifla”

L-isfida ta’ din is-sena hija li jinġabru €100,000. Keith Marshall, il-fundatur tal-Kilimanjaro Challenge qal li l-proġetti li saru fl-aħħar 12-il sena kienu suċċess, kemm min-naħa tal-voluntiera kif ukoll mill-fondi li nġabru għal dawn il-proġetti.

Qal li nġabru aktar minn €820,000 permezz tal-Kilimanjaro Challenge, li binhom inbnew skola servew u dar għal mitt tifel u tifla bi bżonnijiet speċjali, klinika u erba’ skejjel f’irħula differenti fl-Etjopja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar