Ambjent
16-il wied madwar Malta jingħataw tindifa mill-iskart u l-pjanti invażivi

Minn tindif li sar fil-widien matul din is-sena tneħħew madwar 250 tunnellata ta’ materjal ta’ skart mormi illegalment u pjanti invażivi. It-tindif u r-riġenerazzjoni tal-ambjent naturali sar minn Ambjent Malta f’16-il wied madwar Malta.

Ix-xahar li għadda bdiet ħidma ta’ tindif f’Wied il-Mistra. Dan huwa wieħed minn sittax-il wied li fih sar xogħol ta’ tindif minn Ambjent Malta matul din is-sena. Minn dawn il-widien tneħħew madwar 250 tunnellata ta’ skart mormi illegalment kif wkoll pjanti invażivi. L-uffiċjal inkarigat mit-taqsima ta’ widien fi ħdan Ambejnt Malta, Alex Borg, qal li f’Wied il-Mistra, ix-xogħol kien jinkludi t-tneħħija ta’ meded ta’ qasab li kienu qed jikkontribwixxu għal għargħar fil-madwar.

”Meta inti tmur ġo wied ġo post naturali u tara fridge jew materjali oħrajn għandek l-impatt viżwali. Impatt ieħor hu li waħda mill-affarijiet li l-iktar li tinkwetana hi li meta tagħmel ix-xita dak il-materjal jista’ jikkontribwixxi biex isodd il-passaġġ tal-ilma u joħloq għargħar. Għargħar kemm għat-toroq li jkun hemm fil-viċin kif ukoll għall-għelieqi li jkun hemm fil-viċin li jikkawża telf ta’ ħamrija u l-ħamrija hija prezzjuża.”

Is-Sur Borg qal li l-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Wied il-Mistra jaħseb ukoll biex fuq perjodu ta’ tliet snin titneħħa l-qasba l-kbira li hi invażiva u minn Ottubru li ġej jibdew jitħawlu siġar u arbuxelli indiġeni biex tiżdied il-biodiversità f’dan il-post.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, Jose Herrera qal ”se jkollok qasab li huwa lokali biex ma niżnaturawx l-ambjent, allura jekk hawn għasafar li jbejtu fil-qasab se jibqgħu jbejtu. Se nħawlu wkoll siġar u arbuxelli indiġeni biex nirrijabilitawh kollu. Hemm il-ħitan tas-sejjiegħ imwaqqa’ kollu, tistgħu tarawh, se jiġi rijabilitat kollu, u naddafna l-ħmieġ kollu li kien hawnhekk.

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose’ Herrera kompla jispjega li b’dan il-proġett se jerga’ jkun hemm l-abitat tal-ibħra mileħa li jinsabu fil-Bajja tal-Mistra u li jiffurmaw parti mis-sit Natura 2000 tax-Xagħra tal-Kortin.

Dr Herrera ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jibda x-xogħol fuq il-kanal fil-Marsa Sports Ground biex jitneħħa materjal u skart mormi illegalment fis-sit. Qal li dan se jgħin biex titnaqqas il-problema tal-għargħar fiż-żona.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Aktar