COVID-19
16 mill-immigranti li ddaħħlu f’Malta lbieraħ pożittivi għall-Covid-19

Il-Gvern illejla ħabbar li minn grupp ta’ 78 immigrant li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid19, fejn 16 minnhom irriżultaw fil-pożittiv.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa ntqal li bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati.

L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament fil-Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar