COVID-19
163 każ ġdid ta’ Covid-19, 156 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 163 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,209 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 156 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 17,679 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 20,409 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,429 każ attiv.

B’kollox sal-bieraħ ingħataw 57,683 ,tilqima, li 18,536 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.

Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa mietu 3 irġiel oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Raġel ta’ 78, 81 u 82 sena mietu fl-Isptar Mater Dei. Minn meta bdiet l-imxija f’Malta mietu 301 persuna.