Lokali
166 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 25 – il-pazjenti fl-isptar jitilgħu għal 17

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 166 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 25 biex issa n-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 2,487.

Fl-Isptar Mater Dei telgħu għal 17-il pazjent dawk li qed jingħataw il-kura għal dan il-virus b’persuna minnhom tinsab fl-ITU.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 4,302 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet li saru s’issa għal 1,057,596.

Dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 laħaq it-33,198 waqt li n-numru ta’ dawk li fiequ mill-pandemija tela’ għal 30,291.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 733,736 doża tal-vaċċin bi 389,025 jkunu l-ewwel doża. Huma 362,923 dawk li issa ħadu t-tilqima b’mod komplut.

Mill-199 każ ġdid imħabbra lbieraħ 149 kienu ta’ persuni li kellhom bejn 10 u 39 sena bl-età medja tkun ta’ 28.