COVID-19
17-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta

Is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li l-imxija tal-covid-19 f’Malta issa daħlet fi stadju ieħor hekk kif 40% tal-każi ġodda huma minn trasmissjoni lokali.

Kienu 17-il persuna li bejn nofsinhar tal-bieraħ u llum irriżultaw pożittiv għall-coronavirus, b’għaxra minnhom relatati ma’ safar.

“Iżjed ma jgħaddi żmien iżjed dawn se jibdu jonqsu għaliex il-flights issa ngħalqu. Imbagħad aħna l-istrateġija tagħna tibqa’ għadejja biex nippruvaw inaqqsu kemm jista’ jkun dawk il-każijiet li jiġu trasmessi lokalment.”

Kienu sitt irġiel u erba’ nisa li sfaw infettata waqt l-ivjaġġar bl-etajiet tagħhom tvarja bejn it-18-il sena u 73 sena. Dawn jinkludu persuni Maltin u kif ukoll barranin fosthom Żvediż, Ungeriż u Finlandiż.

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 22. März 2020

Fis-seba’ każijiet l-oħra, tliet nisa u erba’ rġiel, il-parti kbira Maltin, ħadu l-virus minn trażmissjoni lokali. L-etajiet ta’ dawn il-pazjenti tvarja minn 28 u 74 sena.

Fid-dawl ta’ żieda fit-trasmissjonijiet lokali l-Professur Gauci mill-ġdid appellat sabiex il-pubbliku jsegwi d-direttivi tal-awtoritajiet.

“Iżjed kemm ma tkun qiegħed f’kuntatt ma nies oħrajn iżjed hemm ċans li jku hemm xi ħadd li għandu sintomi ħfief u nafu li meta jkollok sintomi ħfief diġà jista jkun hemm trażmissjoni.”

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li minkejja l-aħbar falza li ġriet fuq il-midja soċjali, sa issa ma kien hemm ebda mewt mill-COVID-19 f’pajjiżna u appella biex ma jinxtedux qlajjiet waqt li l-awtoritajiet ser ikomplu jaghtu d-dettalji fuq kull kaz.

Dr Fearne qal li fl-aħħar jiem komplew isiru l-arranġamenti fl-Isptar Mater Dei fl-eventwalità li din il-problema taggrava. Qal li żdied it-testing u ser jinfetaħ ċentru ieħor fejn isir it-testing. Id-Deputat Prim Ministru stqarr li qed isibu koperazzjoni minn sptarijiet privati u anke minn Steward. Semma li numru ta’ pazjenti qed jiġu anke rikoverati fi sptar privat.

Ara wkoll:

Magħluqa ħwienet u servizzi mhux essenzjali – daqshekk ħarġiet f’postijiet pubbliċi

Iktar minn 60 pazjent tal-COVID-19 f’Malta qed jiġu trattati d-dar

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar