COVID-19
17-il pazjent bil-Covid fl-isptar, 4 fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 44.

Dan ifisser li issa n-numru ta’ persuni li huma pożittivi għall-pandemija niżel għal 443.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 17-il pazjent li għandhom il-virus b’4 minnhom jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 457 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 816,136 doża tal-vaċċin b’6,552 minnhom kienu l-booster.