Barranin
17-il persuna mejta wara valanga tat-tajn fil-Kolombja

Minn tal-anqas 17-il persuna mietu u ħamsa oħra ndarbu riżultat ta’ valanga tat-tajn fil-Lbiċ tal-Kolombja. Il-valanga tat-tajn li seħħet wara jiem ta’ xita qalila fir-reġjunt a’ Cauca, qerdet ħafna djar fil-belt ta’ Rosas.

Valangi tat-tajn huma komuni f’dan il-pajjiż tal-Amerika Latina speċjalment waqt l-istaġun tax-xita. L-awtoritajiet għaddejjin bi tfittxija għal persuni li setgħu salvaw filwaqt li qed inaddfu biex terġa’ tinfetaħ triq ewlenija.

Il-President tal-Kolombja Iván Duque żar il-belt u qal li tingħata għajnuna medika u akkomodazzjoni alternattiva lil dawk li ntlaqtu mill-valanga tat-tajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Interpol għadha kemm kixfet ċirku internazzjonali ta’ pedofelija li kien qed ixerred ritratti fuq l-internet ta’ tfal qed jiġu abbużati sesswalment. Bis-saħħa tax-xogħol tal-Interpol, mal-50 tifel u tifla ġew salvati…

Kurżitajiet

L-artist anonimu Banksy reġa’ għamel waħda minn tiegħu hekk kif din id-darba, stieden ruħu b’idejh għall-akbar wirja artistika fid-dinja. L-artist rama’ l-aħħar xogħol artistiku tiegħu fit-toroq ta’ Venezja u jidher…

Barranin

Bejn Ottubru tal-2018 u Marzu tal-2019, il-kumpanija Facebook qalet li qerdet mat-3 biljun profili foloz u aktar minn 7 miljun ‘post’ b’mibgħeda razzjali. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg qal…

Barranin

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan ippreżenta 17-il-akkuża ġdida kontra l-ko fundatur ta’ Wikileaks Julian Assange, li qed jaffaċċja l-estradizzjoni mir-Renju Unit. Assange qed jiġi akkużat li rċieva u ppubblika l-ismijiet ta’ sorsi…

Aktar