Barranin
17-il persuna tilfu ħajjithom wara li ġġarraf ajruplan fil-Filippini

17-il persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan militari tal-Filippini ġġarraf fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.

Abbord l-ajruplan kien hemm 85 persuna. Mal-40 minnhom ġew salvati u ttieħdu l-isptar.

L-ajruplan, C130 Hercules, kien qed jipprova jinżel fil-gżira Jolo fil-provinċja ta’ Sulu madankollu qabeż ir-runway.