Barranin
17-il sena wara għadhom qed jiġu identifikati l-vittmi mid-DNA

Minkejja li għaddew 17-il sena mill-attakk terroristiku tal-11 ta’ Settembru fl-Istati Uniti, għad fadal mal-1,000 vittma li għadhom ma ġewx identifikati.

Madanakollu, l-avvanzi fil-mediċina jistgħu jkunu kruċjali, tant li bit-testijiet tad-DNA minn tim t’esperti fil-qasam forensiku jista’ jkun li jirnexxielhom isibu l-identità ta’ dawk li baqgħu ma ġewx identifikati s’issa.

Minn materjal ġenetiku li ġabru minn Ground Zero, il-post fejn kien hemm iż-żewġ torrijiet taċ-Ċentru Dinji tal-Kummerċ, l-esperti ħabbru li għandhom teknika ġdida li permezz tagħha jieħdu biċċiet mill-għadam f’kamra bil-likwidu tan-nitroġenu fejn l-għadam ikun jista’ jitfarrak u jsir trab fin ħafna.

Iktar mal-għadam jitfarrak, iktar hemm ċans li jirnexxilhom jieħdu d-DNA minnhom f’tentattiv biex jaslu għall-identifikazzjoni tal-persuna li tilfet ħajjitha f’dan l-agħar attakk terroristiku li qatt seħħ fl-Istati Uniti.

Filwaqt li din l-iskoperta qed titqies bħala l-ikbar fl-istorja forensika tal-Istati Uniti, dan l-iżvilupp fetaħ il-ġerħa lill-familji tal-vittmi li ndifnu fil-miżbla ta’ Fresh Kills Landfill fi Staten Island mingħajr ma ġew identifikati.

Fil-11 ta’ Settembru, il-grupp terroristiku Al-Qaeda wettaq numru ta’ attakki kkordinati f’siti strateġiċi Amerikani permezz ta’ ajruplani li nħatfu minn terroristi li fihom mietu ftit inqas minn 3,000 ruħ.

Ara hawnhekk kif qed isiru dawn it-testijiet ġodda tad-DNA biex jiġu identifikati l-vittmi u x’intqal minn xi esponenti tal-OCME, l-ikbar laboratorju forensiku fl-Istati Uniti.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Miljunarju Ġappuniż ta tifsira ġdida lil din l-espressjoni, għax it-triq li fetaħ twassal saħansitra sa fuq il-qamar. Yusaku Maezawa huwa l-bniedem li xtara l-biljetti…

Barranin

Iċ-Champion Ewropew tal-golf, Celia Barquín Arozamena, ġiet maqtula fl-Istati Uniti. Arozamena, Spanjola ta’ 22 sena, kienet qed tistudja f’Iowa State University, u keinet għadha kemm rebħet il-European Ladies’ Amateur championship…

Barranin

“Din hija bla dubju l-agħar ħaġa li qatt ġrat lill-familja tagħna.” Hekk qalet sidt ta’ razzett fl-Awstralja ma’ filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali, li juri ammonti kbar ta’ frawli…

Barranin

Fan Bingbing, attriċi Ċiniza li kisbet il-fama saħansitra anke fid-dinja ta’ Hollywood għebet mix-xena. L-ammiraturi ta’ Bingbing jinsabu inkwetati ferm bl-għibien tal-attriċi għaliex ilhom ma jisimgħu ħossha minn Lulju li…

Aktar