COVID-19
173 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – imfejqa 135 oħra

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 173 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,380 swab tests li saru, b’135 persuni jfiqu mill-virus.

Dan ħabbru l-Ministeru għas-Saħħa fejn intqal li l-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet tal-bieraħ 32 ħarġu minn membri tal-istess familja, 14-il każ minn fuq il-postijiet tax-xogħol, 6 każijiet ħarġu minn kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi għall-virus mentri 2 każijiet instabu minn ġemgħat ta’ persuni.