
COVID-19
175 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 67 oħra mfejqa
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 175 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,293 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 67 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 12,460 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 15,447 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,749 każ attiv.
Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, waqt li minn tal-bieraħ jirriżulta li 49 huma membri tal-familja ta’ każi pożittivi, 15 ġew infettati minn fuq il-post tax-xogħol, 12 oħra kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni bil-virus, waqt li 15 kienu f’attivitajiet soċajli ma’ persuni pożittivi.