Lokali
18-il NGO jingħataw €500,000 mill-Malta Community Chest Fund

Tmintax-il għaqda mhux governattiva se jingħataw nofs miljun ewro mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund biex iwettqu proġetti soċjali. Il-President, Marie-Louise Coleiro Preca, raddet ħajr lill-għaqdiet għall-ħidma li jwettqu u li biha jagħmlu differenza fis-soċjetà.

Tmintax-il għaqda mhux governattiva se jieħdu bejniethom qrib in-nofs miljun Ewro mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Waqt l-iffirmar tal-kuntratti fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, il-Professur Carmel Borg, iċ-chairperson tal-Fond tal-Għaqdiet Volontarji qal li l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet sar fuq għadd ta’ kriterji, ewlenin fosthom il-kontabilità, it-trasparenza u l-kredibilità.

Qal li għall-ewwel darba kien hemm żewġ għaqdiet li rebħu appell wara li l-applikazzjoni tagħhom kienet miċħuda fl-ewwel stadju.

Il-Professur Carmel Borg qal li “l-proċess ilu jsir mill-2015… dejjem nirfinaw u dejjem nisimgħu l-feedback tal-għaqdiet, u din id-darba fl-istorja qasira tagħna kien hemm appelli li ntebħu u dan ifisser li l-proċessi kollha huma proċessi reali u li s-saffi kollha noħduhom bis-serjetà.”

Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li b’dawn il-fondi jingħata sostenn lill-ħidma tal-għaqdiet li jaħdmu biex itejjbu l-qagħda ta’ dawk li huma l-iktar vulnerabbli. Dawn ivarjaw minn inklużjoni ta’ tfal li għandhom diżabbilità għal dawk li jippromovu l-ugwaljanża fis-sessi, għaqdiet li jaħdmu mal-ħabsin, servizzi ta’ salvataġġ u għaqdiet li jaħdmu fost il-pazjenti li għandhom kanċer, muscular dystrophy u multiple sclerosis. L-għaqdiet huma kollha reġistrati mal-Kummissarju tal-volontarjat.

Mal-iffirmar tal-kuntratt, l-għaqdiet jiġu ppeżentati b’40% tas-somma bil-kumplament jingħataw fi stadji differenti.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar