COVID-19
18-il pazjent bil-Covid fl-isptar, 4 fl-ITU

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 35.

Dan ifisser li issa n-numru ta’ persuni li huma pożittivi għall-pandemija niżel għal 421.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 18-il pazjent li għandhom il-virus b’4 minnhom jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 457 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 816,727 doża tal-vaċċin b’6,908 minnhom kienu l-booster.