Qorti
18-il sena ħabs wara li pprova jħanxrilha għonqha f’San Ġiljan

“Bżajt li qatt mhu se nerġa’ nitkellem.”

Qalet dawn il-kliem vittma t’attentat ta’ qtil li spiċċat bi kważi għonqha mħanxar wara li raġel Libjan ipprova jisirqilha l-handbag. Il-Qorti t-Tnejn bagħtitu 18-il sena ħabs wara li erba’ ġimgħat ilu ammetta l-akkużi kontrih.

Il-każ seħħ f’Awwissu t’erba’ snin ilu f’San Ġiljan, meta mara Maltija u ħabiba tagħha, Pollakka ta’ 33 sena kienu qegħdin għall-affari tagħhom u f’daqqa u l-ħin ġew aggrediti minn raġel li pprova jisirqilhom il-handbag.

Minn filmati tas-sigurtà fl-inħawi il-Pulizija waslet għal-Libjan ta’ 33 sena u li jgħix Malta, Rawad Briga Abdelsam. Huwa avviċina liż-żewġ nisa biex jisraqhom u spiċċa biex anke ta bis-sikkina f’għonqha lill-mara Maltija.

Fil-Qorti, Rawad Briga Abdelsalam qal li huwa ma jiftakar xejn u jixtieq biss li jgħaddi kollox. Meta deher il-Qorti xahar ilu, huwa ammetta l-akkużi bl-imħallef Giovanni Grixti, ried jisma l-vittma qabel jgħaddi għas-sentenza.

Fil-Qorti llum il-vittma tkellmet dwar it-trawma li għadha tgħaddi minnha u l-effetti psikoloġiċi u emozzjonali li tħabbat wiċċha magħhom.  Hu spiċċat bi sfreġju f’għonqha u anke tilfet il-vuċi għal xi żmien wara l-attentat fuq ħajjitha.

Kemm il-prosekuzzjoni kif ukoll id-difiża qablu li l-piena għandha tkun ta’ 15-il sena priġunerija, iżda wara li sema r-rakkont tal-vittma, l-imħallef Grixti bagħat lill-akkużat 18-il sena ħabs.

Ara wkoll:

Akkużat ibiddel fehmtu u jammetti li pprova jħanxrilha għonqha

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Illum mill-14 il-każ li ġew ikkonfermati bil-Coronavirus illum ġie mħabbar li 8 minnhom kollha ġejjin miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Dan ġie kkonfermat waqt konferenza stampa li saret tard filgħaxija….

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar