18-il xahar ħabs wara li pprova jixtri plejer tan-Naxxar

Ronnie Mackay 35 sena kien ikkundannat 18-il xahar ħabs u multa ta’ €1,500 wara li nstab ħati li pprova jixtri plejers tal-club tan-Naxxar. Dwar l-istess każ, Chris Brincat kien ikkundannat sena ħabs sospiżi għal tliet snin u multa ta’ €1,500.

Il-każ ħareġ fil-beraħ wara li s-Sur Frans Tabone, Integrity Officer tal-MFA qal fil-qorti li kien ċempillu l-President tan-Naxxar u qallu li wieħed mill-plejers tiegħu, Sunday Eboh kien sarlu tentattiv biex jinxtara. Mal-pulizija l-plejer kixef lil Chris Brincat u lil Ronnie Mackay. Eboy kien ġie offrut il-flus biex jilgħab ħażin fil-logħba li n-Naxxar kellhom kontra t-t-tim tal-Gżira.

Fil-qorti ngħad li Eboy kien ġie avviċinat għax kien jilgħab fid-difiża. F’laqgħa li kellu mal-plejer, Mackay qallu li jekk kien jaf bi plejers oħrajn li kienu interessati, kellu jkellimhom.

Is-Sur Mackay qed jiffaċċja akkużi separati fil-Qorti dwar każ ieħor ta’ xiri ta’ logħob ta’ plejers f’logħob tal-UE tat-team nazzjonali tal-football ta’ taħt il-21 sena.