NGOs
1,800 persuna fittxew għajnuna minħabba abbuż tad-droga fl-2017

F’rapport nazzjonali dwar is-sitwazzjoni tad-droga f’Malta, wera li fl-2017, aktar minn 1,800 persuna fittxew l-għajnuna mill-Caritas, il-Fodazzjoni Oasi u tal-Aġenzija Sedqa minħabba l-abbuż tad-droga.

Intqal kif 82% ta’ dawn kienu rġiel.

Tagħrif miġbur minn ċentri ta’ kura speċjalizzati jindika li l-kokaina saret l-aktar sustanza komuni fost il-persuni li jersqu ’l quddiem għall-kura għall-ewwel darba fis-snin riċenti, segwita mill-eroina u l-kannabis.

Carlo Olivari Demanuele min-‘National Focal Point on Drug’ qal li l-eroina tibqa’ l-aktar sustanza komuni fost il-klijenti kollha li jidħlu għall-kura. Mill-1,800 persna li rċeviet il-kura, kien hemm mal-245 persuna li resqet għall-kura għall-ewwel darba. 840 persuna minnhom kellhom inqas minn 35 sena. Ġie nnutat li 44 fil-mija ta’ dawk li qed jirċievu l-kura m’għandhomx impjieg u 70 oħra huma studenti.

F’konferenza dwar is-sitwazzjoni tad-drogra f’Malta, il-Ministru Michael Falzon qal li ż-żieda fil-persuni li jabbużaw mill-kokaina u l-kannabis u jersqu għall-għajnuna jwassal biex is-servizz jimmodifika u jaħseb ukoll fil-ħtiġijiet tagħhom. Il-Ministru Michael Falzon ġedded l-impenn tal-Gvern li sa nofs is-sena d-dieħla jinbena ċentru ġdid ta’ rijabilitazzjoni għal żgħażagħ li għad m’għandhomx 18-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Tfal

Fis-sena skolastika 2017-2018 kien hemm total ta’ 63,182 tifel u tifla fl-iskejjel ta’ Malta, li 6,600 minnhom (10%) kienu barranin. Dan ħareġ minn rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li fil-Jum Dinji…

Qorti

Żagħżugħ ta’ 16-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ammetta li l-ġimgħa li għaddiet wettaq serqa aggravata bil-vjolenza fuq anzjan ta’ 74 sena fi Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar. Quddiem…

Politika

L-Awtorità tad-Djar waqqfet taqsima apposta li se tkun responsabbli biex timplimenta diversi aspetti mill-liġi l-ġdida dwar il-kirjiet residenzjali. It-taqsima se tieħu fost oħrajn reġistrazzjoni tal-kirjiet li issir iridu jsiru b’liġi…

Aktar