Barranin
183,000 każ ġdid ta’ COVID-19 fid-dinja – l-għadd kbir tagħhom fl-Amerka

Brazil tinsab fit-tieni post fid-dinja bl-aktar nies infettatati bil-Covid 19 wara l-Istati Uniti hekk kif laħqet iċ-ċifra ta’ ħamsin elf imwiet.

L-aħbar ħarġet meta l-pajjiż għaddej minn tensjoni kbira, fejn l-għadd ta’ nies infettati qabżu l-miljun bl-esperti jgħidu li l-pajjiż għadu ma laħaqx il-qofol tal-virus u li dan mistenni jintlaħaq ġimgħat oħra.

Minn 183,000 infezzjoni rrapurtati fl-aħħar 24 siegħa fid-dinja, skont l-Għaqda Dinjija tas-Sahha, aktar minn 60% ġejjin jew mit-tramuntana jew min-nofsinhar tal-Amerika.

Minkejja dan kollu l-pandemija ma beżżghetx lil eluf ta’ nies milli joħorġu biex jagħtu l-appoġġ jew huma kontra l-President Jair Bolsonaro, b’dimostrazzjonijiet u anki protesti fit-toroq. In-nies qegħdin isejħu għat-tkeċċijta ta’ Bolsonaro wara li ħabib tal-President ġie arrestat fuq akkużi ta’ korruzzjoni.