Immigrazzjoni
184 immigrant jidħlu Lampedusa – botta u risposta bejn l-Italja u Malta

Hekk kif dalgħodu mal-184 immigrant daħlu Lampedusa abbord dgħajjes żgħar, sezzjoni tal-midja Taljana qed tikkwota sorsi qrib il-Gvern Taljan, li allegatament qed jgħidu li “għal darb’ oħra Malta waddbet il-problema fuq l-Italja.”

Tard ilbieraħ id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini tella’ ritratt fuq il-midja soċjali ta’ dgħajsa li qal tinsab f’ibħra Maltin, u żied jgħid li bħalha hemm diversi oħra.

Salvini qal li dawn id-dgħajjes ma kinux jinsabu f’diffikultà, u li l-awtoritajiet Taljani kkuntattjaw lill-awtoritajiet Maltin “biex jagħmlu dmirhom.” Qal li jekk dan ma jseħħx, kien se jagħmel ħiltu biex l-immigranti ma jidħlux fl-Italja.

Il-Gvern Malti iżda wieġeb li dawn ma kinux każijiet ta’ tiftix u salvataġġ. Il-Gvern iċċara li kwalunkwe ndħil ’il barra mit-territorju tal-pajjiż, f’każ li ma tkunx intalabet għajnuna, jkun meqjus bħala illegalità.

TGcom24 qed jirrapporta li l-Ministeru għall-Intern tal-Italja qed jaħdem fuq soluzzjonijiet deskritti bħala “innovativi u effettivi” b’rabta mal-aħħar wasliet tal-immigranti. Qed jingħad li l-Gvern qed jikkunsidra li jibgħat lura lill-immigranti kollha f’salt lejn it-Tuneżija.

Salvini qal li diġà ltaqa’ mal-Prim Ministru tat-Tuneżija biex dan il-pajjiż jgħin fil-problema tal-immigrazzjoni illegali, u mistennija ssir laqgħa oħra dwar din it-tema nhar it-Tlieta li ġej.

Ara wkoll:

Id-dgħajjes li jaqsmu l-Mediterran iqanqlu battibekki ġodda bejn Malta u l-Italja

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Erba’ tfajliet żgħażagħ fl-iskola sekondarja jagħmlu mħatra bejniethom dwar liema tfajla jirnexxielha tinqabad tqila l-ewwel mill-attur magħruf Nate Cross. Din hija t-trama tal-film ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ li juri kif l-azzjonijiet…

Kultura

Għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel tas-Sena, Għawdex se jkollu lill-artist ta’ fama internazzjonali Jonas Blue biex iżewwaq is-serata u jagħti merħba lis-sena l-ġdida fil-pjazza ewlenija tal-Belt Victoria. L-artist Jonas Blue se jagħti spettaklu flimkien mall-band Għawdxija The…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, f’laqgħa mal-attivisti nazzjonalisti f’Ħal Balzan tkellem dwar il-kumpanija 17 Black. Huwa qal li l-Prim Ministru pprova jaħrab, iżda meta sab ruħu taħt pressjoni, ħalla lil…

Aktar