COVID-19
184 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 82 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 184 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,298 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 82 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 11,841 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 14,396 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,322 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, waqt li minn tal-bieraħ jirriżulta li 49 huma membri tal-istess familja, 20 oħra ġew infettati minn fuq il-post tax-xogħol, 18 oħra kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni bil-virus, waqt li 15 kienu f’attivitajiet soċajli ma’ persuni pożittivi.