COVID-19
189 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – imfejqa 107 oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 189 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,405 swab test mentri 107 oħra fiequ mill-marda.

Mill-każijiet tal-bieraħ, 45 huma membri tal-istess familja, 15 oħra laqqtu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol mentri 6 oħra ġew infettati wara li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19.

15 oħra jinsabu pożittivi għall-virus wara li kienu f’ġemgħat ta’ persuni fejn kien hemm persuna/i bil-virus.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati.