
COVID-19
19-il immigrant pożittiv għall-COVID-19
19 mit-33 immigrant li ddaħħlu Malta lbieraħ ittestjaw pożittiv għall-COVID-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ġie spjegat li l-immigranti ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid-19. Intqal li bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati.
L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.
Ara wkoll: