COVID-19
19-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – b’kollox 188 infettati

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 19-il każ ġdid ta’ persuni bil-coronavirus. Għal jum ieħor, il-maġġoranza assoluta tal-każi – 14 – ġew meqjusa bħala infezzjoni lokali waqt li ħamsa oħra huma assoċjati mas-safar. B’hekk l-għadd ta’ każijiet ta’ Maltin u barranin bil-COVID-19 f’Malta issa telgħu għal 188. Il-Professur Gauci qalet li 12-il pazjent qed jinżammu fit-Taqsima tal-Mard Infettiv, erbatax-il pazjent fi sptar privat u l-kumplament li qed jiġu rikoverati fi djarhom f’iżolament u taħt superviżjoni medika.

Fl-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-saħħa ġew konfermati 19-il-każ ġdid bil-Coronavirus minn 627 test li saru fl-aħħar 24 siegħa. B’hekk l-għadd ta’ persuni bil-COVID-19 f’Malta telgħu għal 188 u sal-lum wiehed biss minhom jinsab f’kundizzjoni kritika.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, innutat li bdew jiżdiedu l-każi tant li fl-aħħar jumejn instabu 32 persuna bil-virus.

Fost il-pazjenti li rriżultaw fil-pożittiv kawża ta’ trażmissjoni lokali hemm Malti ta’ 23 sena, li jaħdem fil-Lidl ta’ Ħal Safi u anzjana ta’ 65 sena li kienet rikoverata l-isptar u ħarġiha l-virus. Il-Professur Guaci qalet li hija ttieħdet fit-Taqsima tal-Mard Infettiv, waqt li qed isiru testijiet fuq il-pazjenti li kienu magħha fis-sala u l-ħaddiema tas-saħħa li kellhom kuntatt magħha. Il-każijiet l-oħra kienu ta’ nisa ta’ bejn l-20 u s-62 sena u ta’ rġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena.

Il-Professur Gauci qalet li fost il-każi relatati ma’ safar hemm żagħżugħ Malti ta’ 19-il sena li wasal minn Franza u ieħor ta’ 28 sena li wasal mir-Renju Unit u baqgħu fi kwarantina. It-tliet każi l-oħra li rriżultaw fil-pożittiv huma ta’ tliet irġiel ta’ 32, 51 u 62 sena.

Hija appellat lill-pubbliku biex min iħoss xi sintomi anke hfief iċempel fuq il-111 biex isiru l-arranġamenti għat-teħid tal-iswab

“Nafu li sfortunatament jista’ jkollok sitwazzjoni is-sintomi jibqgħu sejrin għall-agħar – allura huwa importanti li kull mingħandu s-sintomi nagħmlulu t-test ħalli jkollna d-djanjosi biex nibqgħu nsegwu.”

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li huwa inkwetanti li n-nies idumu bil-virus fuqhom, tant li s’issa żewġ pazjenti biss fiequ.

“U huwa għalhekk iktar importanti li l-persuni kemm jista’ jkun għandhom jevitaw li jkollhom espożizzjoni għal dan il-virus għax ladarba persuna jaqbdu dan il-virus hemm minnhom li malajr jeħilsu minn dan il-mikrobu però hemm oħrajn li jdumu bil-virus allura jistgħu jibqgħu jesponu lill-ħaddieħor u dik tkun waħda mir-raġunijiet li tista’ tinfirex fil-komunità – ikollok nies li jħossuhom li għaddielhom għax is-sintomi jkunu ħfif imbagħad jibdew joħorġu u allura jibdew jgħadduha lill-ħaddieħor”.

Mistoqsija dwar koppja Maltija li tinsab fuq cruise liner fil-Mediterran fejn hemm numru ta’ każi ta’ COVID-19 abbord, il-Professur Gauci qalet li l-koppja m’għandha l-ebda sintomi u jistgħħu jkomplu bil-btala taghhom abbord sakemm il-cruise jintemm u jiġu ripatrijati lejn Malta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar