Lokali
19-il każ ġdid ta’ Covid-19, 15 oħra mfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 19-il każ ġdid ta’ Covid-19, waqt li fiequ 15 oħra.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 bħalissa huwa ta’ 289.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 9 pazjenti li għandhom il-virus, filwaqt li persuna tinsab fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 459 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 846,671 doża tal-vaċċin bi 28,733 minnhom kienu l-booster.