COVID-19
19-il persuna oħra bil-Covid-19 f’Malta

Ġew ikkonfermati 19 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa n-numru ta’ persuni li ttestjaw pożittivi għall-virus f’Malta telgħu għal 129.

Dan ħabbritu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, waqt konferenza stampa llum, li qalet li 8 minn dawn il-każijiet il-ġodda huma relatati ma’ safar.

Qalet li lbieraħ saru 480 swab, u b’kollox saru 3,819-il swab.

Każijiet ġodda relatati mas-safar

Illum ġew ikkonfermati 8 każijiet ġodda ta’ persuni infettati bil-Coronavirus li ġew minn barra.

Minn 19-il każ, hemm 2 nisa li ġew mill-Ingilterra kif ukoll 2 Ingliżi li jgħixu Malta; raġel ta’ 54 sena u t-tifel tiegħu ta’ 22 sena.

Ma’ dawn ġie kkonfermat ukoll każ ta’ mara Spanjola ta’ 40 sena li tgħix Malta u ġiet minn Spanja.

Hemm ukoll fost dawn 2 każijiet relatati ma’ xulxin ta’ żewġt irgiel ta’ 52 u 19-il sena li ġew mill-Awstrija.

Mara Maltija ta’ 56 sena li ġiet mill-Polonja wkoll tinsab infettata bil-coronavirus.

Każijiet relatati ma’ contact tracing 

Jiżdiedu l-każijiet li ġejjin minn cluster bis-saħħa tal-contact tracing.

Ġie kkonfermat raġel Malti ta’ 21 sena bil-coronavirus li jaħdem fl-Aġenzija Sapport. Il-Professur Gauci qalet li qed issir ħidma u koperazzjoni mill-management tal-post fejn qed isir lockdown u kwarantina min-nies tal-post.

Fost dawn il-pazjenti ta’ contact tracing hemm Malti ta’ 58 sena li jiġi minn persuna li ttestja pożittiv li kien healthcare worker.

Hemm ukoll raġel li kien f’kuntatt ma’ persuna pożittiva f’gym u mara ta’ 52 sena li tiġi minn persuna li mmarkat pożittiva.

7 persuni infettati bil-Covid-19 kawża ta’ trasmissjoni lokali

Il-Professur Gauci qalet li dawn is-7 każi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 ma nstabx minn fej nibtu.

Fost dawn hemm Malti ta’ 27 sena, Taljan ta’ 38 sena li jgħix Malta, mara ta’ 24 sena li hija healthcare worker, Ċiniż ta’ 23 sena li jgħix Malta, Malti ta’ 47 sena, Maltija ta’ 60 sena u anzjan ta’ 81 sena.

Il-Professur Gauci qalet li l-anzjan ta’ 81 sena ddaħħal għall-kura fl-IDU f’kundizzjoni stabbli. Hija qalet li pazjenti anzjani jinsabu f’riskju ogħla u qed għalhekk jinżammu l-isptar. Huwa m’għandu l-ebda kumplikazzjonijiet s’issa.

Rigward l-anzjan ta’ 61 sena li ddaħħal l-ITU minħabba kumplikazzjonijiet fil-pulmun, il-Professur Gauci qalet li għadu instabbli iżda mhux f’qagħda kritika.

Segwi hawn il-konferenza sħiħa:

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 25. März 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li mhemm l-ebda każ ġdid għal-lum ta’ Coronavirus f’Malta. Tħabbar ukoll li 14-il persuna oħra ġew imfejqa mill-virus biex b’hekk it-totla ta’ mfejqa s’iss jitla’ għal 576…

Lokali

Id-destin tal-ponta ta’ Paceville reġa’ jinsab fl-arena ta’ argumenti favur u kontra l-iżvilupp propost mill-grupp DB. Il-Moviment Graffitti b’koalizzjoni ta’ għaqdiet u tliet kunsilli lokali ddikjara li anke l-pjanti riveduti…

Lokali

L-MUT ordnat tilwima industrijali mal-Gvern u ordnat direttivi sabiex fi kliemha tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri. Fi stqarrija, l-MUT qalet li ma ġiet involuta bl-ebda mod fid-diskussjonijiet dwar id-deċiżjoni mill-Gvern…

Għawdex

B’investiment ta’ €130,000 waslu fl-aħħar stadju tagħhom ix-xogħlijiet fuq l-għassa ta’ Marsalforn, biex fi ftit tax-xhur oħra tkun tista’ taqdi aħjar lir-residenti u l-eluf li jżuru l-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf….

Aktar