Għawdex
191 applikazzjoni għall-iskema ta’ emerġenza marbuta mal-maltempata ta’ Novembru

Kif kien ħabbar il-Ministeru għal Għawdex, fil-każ tal-maltempata tat-12 ta’ Novembru li għadda, ħarġet skema apposta biex dawk il-ħaddiema li ma setgħux jivvjaġġaw jingħataw lura kumpens għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li għal din l-iskema ġew sottomessi 191 applikazzjoni li jkopru 294 persuna, u bħalissa dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu evalwati. Il-pagamenti ser jiġu effetwati fil-ġranet li ġejjin permezz ta’ depositu dirett fil-kont bankarju tal-applikanti.

Il-Ministru Justyne Caruana qalet li dan kien intervent immedjat li ttieħed għall-ewwel darba mill-Ministeru għal Għawdex iżda diġà tħejja pjan u kriterji għal meta jerġgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet simili fejn is-servizz tal-Gozo Channel jiġi sospiż għal tul ta’ ħin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar