COVID-19
193 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – 242 oħra mfejqa mill-virus

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 193 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta minn 2,782 swab test li saru, mentri 242 persuni oħra ġew imfejqa mill-virus.

Sal-bieraħ ingħataw b’kollox 64,419 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19, 20,531 minnhom kienu t-tieni doża tal-vaċċin.