COVID-19
195 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 5 – 18 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 195 każ ġdidta’ Covid-19 waqt li fiequ 5 biex issa n-numru ta’ każijiet attivi laħaq l-1,832.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 3,548 ‘swab test’ li tellgħu l-ammont ta’ testijiet li saru s’issa għal 1,041,418.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 tela’ għal 32,470 waqt li dawk li fiequ minnu issa huwa ta’ 30,218.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 723,299 doża tat-tilqima li minnhom 383,158 kienu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li issa huma mlaqqma kompletament huwa ta’ 357,236.

Intant, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bħalissa 18-il persuna jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-COVID-19. Qalu li persuna minnhom għadha tinsab fl-ITU.