COVID-19
199 każ ġdid ta’ Covid-19, 106 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 199 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,100 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 106 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 17,933 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 20,762 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,526 każ attiv.

B’kollox sal-bieraħ ingħataw 62,059,tilqima, li 19,828 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.

Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġ persuni waqt li kellhom il-COVID-19. Mara ta’ 92 sena mietet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u raġel ta’ 84 sena miet f’Mater Dei. Minn meta bdiet l-imxija f’Malta mietu 303 persuna.