
COVID-19
199 każ ġdid ta’ Covid-19, 89 oħra mfejqa
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 199 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,207 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 89 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 17,523 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 20,246 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,425 każ attiv.
B’kollox sal-bieraħ ingħataw 55,709 ,tilqima, li 17,843 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.
Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa mietet persuna oħra li kellha l-Covid-19.
Ara wkoll: