COVID-19
199 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 30 – il-pazjenti fl-isptar jinżlu għal 15

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 199 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 30 biex issa n-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 2,346.

Fl-Isptar Mater Dei naqsu għal 15-il pazjent dawk li qed jingħataw il-kura għal dan il-virus b’persuna minnhom tinsab fl-ITU. Dan ifisser li ħarġu mill-isptar tlieta.

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,976 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet li saru s’issa għal 1,053,294.

Dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 laħaq it- 33,032 waqt li n-numru ta’ dawk li fiequ mill-pandemija tela’ għal 30,266.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 730,483doża tal-vaċċin bi 387,329jkunu l-ewwel doża. Huma 360,880dawk li issa ħadu t-tilqima b’mod komplut.

Mill-217 każ ġdid imħabbra lbieraħ 167 kienu ta’ persuni li kellhom bejn 10 u 37 sena bl-età medja tkun ta’ 27.