Barranin
2 astronawti jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju.

Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti mill-baħar. L-astronawti kienu ilhom fl-ispazju għal dawn l-aħħar xahrejn.

Din kienet l-ewwel darba li awstronawti niżlu fl-ilma, missjoni deskritta eċċitanti bħalma kienet dik Apollo 45 sena ilu.