
COVID-19
2 ħaddiema tal-kumpanija Scan bil-Coronavirus
Fi stqarrija, il-kumpanija Scan ħabbret li 2 mill-ħaddiema tagħha ttestjaw pożittivi għall-Coronavirus.
Minkejja l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha li ħadet il-kumpanija, xorta waħda feġġ il-virus fejn 2 mill-ħaddiema tagħha spiċċaw mardu bil-virus.
Għalhekk, il-kumpanija ddeċidiet li tagħlaq u twaqqaf l-operat tagħha anke dak ta’ deliveries u servizzi.
Ħwienet li jbiegħu oġġetti marbuta mat-teknoloġija kienu elenkati mill-awtoritajiet fost dawk il-ħwienet li għandhom jibqgħu miftuħin għall-pubbliku.
https://www.facebook.com/ScanMalta/photos/a.203201699700649/2956209717733153/?type=3&theater