Lokali
2 irġiel arrestati wara li provaw jiftħu biex jisirqu minn ħanut

Żewġt’irġiel ġew arrestati mill-Pulizija f’Ħ’Attard wara rapport li allegatament ippruvaw jiftħu biex jisirqu minn ħanut li jagħmel xogħol fuq tyres ta’ vetturi fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard stess.

Pulizija mir-Rapid Intervention Unit ħadu azzjoni minnufih wara rapport li  kien hemm min qed jipprova jisgassa l-bieb tal-ħanut.  Fi tfittxija fl-inħawi, il-Pulizija lemħu vettura suspettuża li fiha kien hemm iż-żewġt’irġiel.
Il-karozza kienet fl-inħawi tal-iskola primarja ta’ Ħ’Attard. Wieħed mill-irġiel li kien hemm fil-karozza hu raġel mill-Isla li kien imfittex mill-Pulizija.  L-ieħor hu żagħżugħ mir-Rabat.
Huma ttieħdu mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Maria Ellul u Daryl Azzopardi huma r-rebbieħa tal-konkors ta’ sbuħija Ms u Mr World Malta. Il-konkors sar ilbieraħ fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt Valletta. Maria Ellul li għandha 24 sena…

Lokali

Il-kumpanija MaltaPost, qed isarraf fil-prattika il-kuncett tal-inklużjoni u mxiet pass ‘il quddiem minn dak stipulat fil-liġi. Numru ta’ ħaddiema b’diżabiltà ġew impjegati mill-MaltaPost għaċ-ċentru tagħha fix-Xewkija filwaqt li Jobs Plus…

Lokali

Il-fondi Ewropej għall-wireless internet b’xejn huma l-aktar popolari f’seba’ pajjiżi fosthom f’Malta. Is-seba’ pajjiżi huma l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Italja, Malta is-Slovenja u r-Rumanija. L-iskema msejħa WiFi4EU attirat l-interess ta’ madwar…

Aktar