Lokali
2 irġiel arrestati wara li nqabdu b’nofs kilo kokaina u €19,000 fi flus kontanti fil-Belt

Il-Pulizija arrestat żewġ irġiel wara sejba ta’ madwar nofs kilo kokaina b’valur fis-suq ta’ madwar €27,000.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-allegat traffikar ta’ droga seħħ fil-Belt Valletta.

Iż-żewġ persuni arrestati, raġel ta’ 41 sena u raġel ieħor ta’ 58 it-tnejn residenti l-Mellieħa, kellhom ukoll madwar €19,000 fi flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ħatar inkjesta dwar dan il-każ.

L-irġiel se jistressqu l-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.