COVID-19
2 irġiel imutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li żewġt irġiel ta’ 67 u 74 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.

B’dan l-imwiet telgħu għal 452 il-vittmi li tilfu ħajjithom f’pajjiżna mindu feġġet il-pandemija.

Mill-aħħar aġġornament jirriżulta li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 25 każ ġdid waqt li fiequ 45 biex issa n-numru ta’ każijiet issa huwa ta’ 696.