Kronaka
2 irġiel jindarbu gravi wara argument fil-Gżira

Żewġ Libjani qed isofru minn ġrieħi gravi wara argument li seħħ għall-ħabta tal-għaxar u nofs ta’ lbieraħ filgħaxija.

Iż-żewġt irġiel Libjani ta’ 31 u 34 sena residenti l-Gżira kellhom jittieħdu b’emerġenza l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’argument fi Triq Ponsonby l-Gżira stess.

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija minn fuq il-post irriżulta li nqala argument bejn dawn iż-żewġ Libjani u raġel ieħor li l-identità tiegħa għadha mhux magħrufa. Iż-żewġt irġiel sfaw aggrediti b’sikkina u sofrew ġrieħi gravi. L-Investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.