Kronaka
2 irġiel jindarbu wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina

Żewġt irġiel barranin qed isofru minn ġrieħi ħfief wara li matul il-lejl li għadda qalgħu daqqiet ta’ sikkina.

Il-każ seħħ fit-3:30am fi Triq id-Dragonara San Ġiljan meta raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorju informa lill-pulizija li qala’ daqqa ta’ sikkina. Ir-raġel huwa residenti l-Belt.

Fuq il-post il-pulizija kienu infurmati li kien hemm raġel ieħor li qala’ daqqa’ ta’ sikkina. Dan ir-raġel għandu 32 sena u huwa Libjan residenti l-Gżira.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar fejn kienu ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Il-pulizija arrestat l-allegat aggressur li huwa Libjan ta’ 21 sena. L-allegat aggressur ilmenta mal-pulizija li kien qed iħoss xi uġigħ u ttieħed ċ-ċentru tas-saħħa fil-Floriana fejn kien ċeritifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief. Hu qed jinżamm arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Qassis u kap ta’ skola fir-Rabat, Għawdex, ma nstabx ħati li kien sawwat tifel li jbati bl-ADHD f’inċident li seħħ fid-9 ta’ Mejju li għadda. Dun Karm Gauci ta’ 63…

Mużika

Il-kantanta żagħżugħa Ela għaddejja ġmielha bl-impenji u t-tħejjijiet li qed tagħmel bħalissa għall-Junior Eurovision Song Contest 2018 fil-Belarus.   Il-kanzunetta ‘Marchin’ On’, miktuba minn Cyprian Cassar u Emil Calleja Bayliss.  …

MIA

It-talba tad-Dipartiment Malti tad-Dwana biex jinxtara vann tal-x-ray għall-bagalji ntlaqgħet mill-OLAF. Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li kien għamel din it-talba għall-fondi taħt il-programm Hercule III. Dan il-vann ġdid mistenni…

Kultura

Erba’ tfajliet żgħażagħ fl-iskola sekondarja jagħmlu mħatra bejniethom dwar liema tfajla jirnexxielha tinqabad tqila l-ewwel mill-attur magħruf Nate Cross. Din hija t-trama tal-film ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ li juri kif l-azzjonijiet…

Aktar