COVID-19
Jitilgħu għal 151 il-pazjenti infettati bil-Coronavirus f’Malta

Żdiedu bi 2 il-pazjenti infettati bil-Covid-19, bl-ammont totali ta’ persuni morda bil-virus issa telgħu għal 151. Dan ikkonfermatu s-Supertendent għas-Saħħa Charmaine Gauci waqt konferenza stampa llum.

Ilbieraħ b’kollox saru 585 swab tests, li huwa rekord ġdid. Il-Professur Gauci qalet li dan in-numru żgħir ta’ pazjenti llum ma jfissirx li l-affarijiet ma jistgħux jeskalaw.

Hija reġgħet talbet għall-koperazzjoni tal-pubbliku, u wissiet li għalkemm s’issa l-kontroll qed jaħdem, iżda Malta għadha ‘fil-bidu tal-kurva’, li jfisser li l-każijiet jistgħu jiżdiedu f’daqqa jekk in-nies tillaxka.

Il-każijiet il-ġodda huma ta’ mara Maltija 35 sena, li minbarra deni din kellha diahorrea u wkoll tilfet it-togħma. Hija ma sifritx iżda qarib tagħha ġie mill-Ingilterra u kellu xi sintomi. Din il-familja kienu qagħdu kwarantina, u persuna b’kundizzjonijiet mediċi f’din il-familja laħaq mar jgħix x’imkien ieħor biex ma jkunx infettat.

Każ ieħor huwa ta’ Malti ta’ 39 sena, li ma kienx imsiefer iżda fuq il-post tax-xogħol tiegħu mal-privat kellu kuntatt ma’ xi ħadd li siefer u kellu s-sintomi. L-awtoritajiet qed jagħmlu l-contact tracing biex jidentifikaw il-persuni li setgħu ġew f’kuntatt.

S’issa b’kollox kien hemm ħames każijiet fl-ITU, fosthom l-anzjan ta’ 72 sena li għadu f’qagħda kritika. Hemm żewġ persuni li huma stabbli u m’għandhomx bżonn ventilator, waqt li l-persuna ta’ 61 sena li kienet iddaħħlet l-ITU, issa nħarġet.

Prof Gauci qalet li l-ħames persuna li ddaħħlet fl-ITU hija persuna li għandha sintomi tal-Covid-19, iżda għadu jrid jiġi stabbilit jew hix tassew pożittiva għall-virus.

Segwi l-iżviluppi tal-lum fis-servizz ta’ Mario Micallef:

Segwi hawn il-konferenza sħiħa:

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 29. März 2020

Ara wkoll:

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa meqjusa vulnerabbli jistgħu jibqgħu jaħdmu

Il-morda ttestjati li ħarġu negattivi għall-Covid-19 għandhom xorta jibqgħu ġewwa

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar