COVID-19
2 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta – imfejqa 4 persuni oħra

Ikkonfermati 2 każijiet ġodda bil-Coronavirus f’Malta li ħarġu minn 700 test tal-bieraħ biex it-total ta’ persuni bil-virus tela’ għal 450.

Dan ġie rrappurtat waqt il-konferenza stampa tal-lum fejn il-Professur Gauci qalet li fiequ 4 min-nies oħra mill-marda. Tfal ta’ età inqas minn 9 snin u 2 adulti.

B’kollox s’issa 286 huma mfejqa u  160 kaz għadhom attivi

Raġel Malti ta’ 40 sena li kien kuntatt ta’ persuna oħra huwa pożittiv għall-virus. Dan kien fuq kwarantina u għalhekk ma kienx hemm aktar espożizzjoni. Qed issir contact tracing tal-familja tiegħu.

Raġel Malti ieħor ta’ 68 sena għandu l-coronavirus u qed isir contact tracing fuq il-post tx-xogħol tiegħu u mal-membri tal-familja tiegħu.

Segwi l-konferenza stampa hawn:

Aġġornament mid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika għas-27 t'April 2020

Prof Charmaine Gauci tagħti r-rendikont tas-sitwazzjoni kif żviluppat fl-aħħar 24 siegħa

Gepostet von Television Malta am Montag, 27. April 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar