Għawdex
2 konsorzji u 2 kumpaniji interessati fil-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex

Il-proġett propost tal-mina bejn Malta u Għawdex iqajjem interess b’żewġ konsorzji u żewġ kumpaniji wieġbu l-ewwel fażi tal-proċess biex urew li huma interessati li jidħlu għad-disinn, il-bini, il-manutenzjoni u biex joperaw il-proġett li jkun imħallas mit-tollijiet li jħallsu dawk li jaqsmu bejn il-gżejjer. Fost il-kumpaniji interessati hemm waħda reġistrata f’Malta waqt li oħrajn ġew fost oħrajn mill-Italja, Franza, l-Olanda, it-Turkija u il-Ġappun.

Il-proġett għal-link permanenti bejn Malta u Għawdex, li kien beda jiġi mistħarreġ fl-2012 u kien imwiegħed fil-programmi elettorali taż-żewġ partiti ewlenin, kompla jevolvi meta żewġ konsorzji u żewġ kumpaniji issottomettew l-interess tagħhom li jagħmlu dal-proġett u joperawh.

Il-Ministru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li meta llum skada ż-żmien biex id-Dipartiment tal-Kuntratti u Infrastructure Malta jirċievu s-sottomissjonijiet wara s-sejħa li saret f’Jannar li għadda, daħlu erba’ sottomissjonijiet f’dan l-istadju bikri tal-proċess li fih għad iridu isiru fażijiet oħra.

Il-Ministru Borg qal l-kumpaniji kellhom id-dettalji kollha tal-istudji li saru. Sostna li dan l-interess internazzjonali juri li issa mhux biss il-Maltin u l-Għawdxin jemmnu li dal-proġett jista’ jitwettaq iżda wkoll kumpaniji internazzjonali li huma ġganti fil-qasam tal-infrastruttura.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Fredrick Azzopardi qal li issa tibda evalwazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex ikun assigurat li l-kumpaniji jissodisfaw il-kriterji. Qal li tul tal-proċess kollu, l-awtoritajiet ser ikollhom l-għajnuna ta’ espert Norveġiż li mill-bidu nett kien qed joffri l-konsulenza tiegħu. Ġie spjegat li l-Gvern ser jagħti konċessjoni biex isir il-proġett iżda mhux ser ikun qed iħallas għalih.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-interess internazzjonali fil-proġett tal-mina huwa pass eqreb biex isseħħ il-ħolma tal-Għawdxin u Għawdex iwaqqaf l-eżodu taż-żgħażagħ waqt li jkun f’pożizzjoni aħjar biex iħajjar aktar investiment.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar