Barranin
2 mejta u 17 midruba wara li sfronda stabbiliment tad-diveritment fil-Korea t’Isfel

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 17 oħra sfaw midruba wara li ċediet gallarija f’stabbiliment tad-divertiment fil-Korea t’Isfel.

L-inċident traġiku seħħ fil-belt ta’ Gwangju fejn il-vittmi kienu bosta atleti tal-għawm internazzjonali mill-Istati Uniti, l-Olanda, l-Italja, il-Brażil u New Zealand.

Il-persuni li tilfu ħajjithom fit-traġedja fl-istabbiliment Coyote Ugly huma mill-Korea t’Isfel u kellhom 38 u 27 sena.

Fil-binja kien hemm madwar 370 persuna.