Barranin
2 midruba b’daqqiet ta’ sikkina fil-Ġermanja – it-tieni attakk f’inqas minn ġimgħa

Raġel darab tal-anqas żewġ persuni b’daqqiet ta’ sikkina f’Erfurt il-Ġermanja. Il-vittmi, li qed jiġi rrappurtat li għandhom 45 u 68 sena, ittieħdu l-isptar b’ambulanza.

Il-Pulizija, anki permezz ta’ ħelikopter, għadha qed tfittex lill-aggressur li wara li wettaq l-attakk ħarab minn fuq il-post.

Skont rapporti fil-midja internazzjonali, l-aggressur għandu madwar 20 sena, jitħaddet bil-Ġermaniż, għandu xagħru ċara u għandu xi qatgħat f’wiċċu.

Dan hu t-tieni attakk ta’ din ix-xorta f’inqas minn ġimgħa li seħħ fil-Ġermanja. Fl-aħħar jiem, raġel ieħor qatel tliet peruni u darab serjament ħames nisa u minorenni f’Würzburg.