Barranin
2 miljun persuna evakwati fl-Indja u fil-Bangladesh

Aktar minn żewġ miljun persuna fl-Indja u fil-Bangladesh ġew evakwati hekk kif iċ-ċiklun Bulbul laqat Bay of Bengal. S’issa kienu diġà rraportati żewġ imwiet minħabba dan iċ-ċiklun.

Minħabba ċ-ċiklun b’riħ qawwi 120 kilometru fis-siegħa u b’xita qalila, twaqqfu s-servizzi kollha fil-portijiet u fl-ajruporti fir-reġjun filwaqt li r-residenti gew evakwati f’aktar minn 5,500 xelter.

L-istaġun taċ-ċikluni f’Bajja ta Bengal jista’ jdum minn April sa Diċembru. Fl-1999 ċiklun kbir laqat l-istat fil-kosta Indjana ta’ Odisha għal 30 siegħa u ħalla mal-10,000 persuna mejta.

Minn dakinhar, avvanzi teknoloġiċi bdew jgħinu lill-bassara tat-temp jitrackjaw eżatt iċ-ċiklunu u b’hekk jagħtu lill-awtoritajiet żmien biex jippreparaw. Evakwazzjoni tal-massa ta’ kważi miljun ruħ fl-2013 salvat eluf ta’ ħajjiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Barranin

Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata. L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien…

Barranin

Irjiħat qawwija żiedu mal-pjaga ta’ nirien li għaddeja minnu l-Awstralja bħalissa, hekk kif dawn waslu biex il-Belt ta’ Sydney, titgħatta għal kollox bi dħaħen perikolużi. Fil-fatt, kellhom jinħarġu twissijiet dwar…

Barranin

Xufier ta’ trakk u tifla ta’ ħmistax-il sena mietu filwaqt li għadd ta’ persuni ndarbu hekk kif iġġarraf pont li jagħti għal belt żgħira f’żona turistika popolari fil-Lbiċ ta’ Franza….

Aktar