Kronaka
2 persuni l-isptar wara ħabta bejn 2 karozzi

Mara ta’ 30 sena ndarbet gravi u raġel ta’ 32 sena ndarab ħafif f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.20pm fi Triq Valletta.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ bejn żewġ karozzi; karozza Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 36 sena li jgħix Birkirkara u karozza BMW 318 misjuqa mir-raġel ta’ 32 sena residenti l-Mosta. Fil-Peugeot kien hemm ukoll mara ta’ 33 sena residenti Bormla u tifel ta’ 11-il sena, filwaqt li fil-BMW kien hemm il-mara ta’ 30 sena minn Santa Venera.

Ir-raġel ta’ 32 sena u l-mara ta’ 30 sena ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ambulanza ħadithom l-isptar.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassistu.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.