Lokali
2 persuni l-isptar wara ħabta bejn minibus u karozza tal-linja

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li sofrew xokk wara ħabta bejn minibus u karozza tal-linja.

L-inċident seħħ fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn għall-ħabta tal-4pm.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ tvm.com.mt li mal-ħabta, il-karozza tal-linja daħlet ġo żewġ karozzi pparkkjati.

Passiġiera fil-minibus u x-xufier tal-karozza tal-linja ddaħħlu l-isptar minħabba li sofrew xokk.

Intant fi stqarrija l-Malta Public Transpor qalet li qed tikkolabora mal-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-għafsa ta’ qalb tan-nanniet li huma mċaħda min-neputijiet minħabba sitwazzjonijiet familjari reġgħet tqajmet fil-Parlament waqt sessjoni speċjali li kienet iddedikata lin-nanniet. Tressqet ukoll petizzjoni biex isiru emendi fil-liġijiet li jissalvagwardjaw…

Infrastruttura

Il-proġett sar b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria li għalih kiseb ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-post ilu jservi ta’ spazju rikreattiv għat-tfal għal kważi ħamsin sena. Is-Sindku, Samuel Azzopardi, qal li…

Qorti

Raġel li kien qed isuq mutur bla liċenzja meta ntlaqat minn karozza, xorta waħda kien ikkumpensat għad-diżabbiltà li sofra kawża tal-inċident. Massimo Bonello ta’ 45 sena fetaħ kawża quddiem il-Qorti…

Xogħol

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li x-xahar li għadda kien hemm 1,787 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan juri li kien hemm tnaqqis fil-qgħad ta’ 702 persuni meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena…

Aktar